Id-diska kompatta Taqbila fiha 17-il poeżija ta’ poeti Maltin magħrufa, fosthom Dun Karm, Anton Buttigieg, Karmenu Vassallo, Ġorġ Pisani u Patri Anastasju Cuschieri. Il-mużika għall-poeżiji nkitbet minn Mro Dominic Galea. Dawn imbagħad tkantaw mit-tfal tal-Kor Mirabitur immexxi minn Simone Attard.
Din is-CD qed titqassam lil kull għalliem/a tal-iskejjel primarji tal-istat mill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti tul din is-sena skolastika (2013-2014) u tul is-sena li ġejja (2014-2015).
L-għalliema jistgħu jiksbu wkoll xi karti tat-taħriġ u logħob marbut mal-istess għanjiet mis-sit elettroniku qawsalla.com. Tagħrif ieħor issibu minn din iċ-ċirkulari.