Riżorsi tal-Malti għall-Barranin fil-Livell tal-Induction (Primarja)

Pakkett ta’ riżorsi għal studenti li qed isegwu l‑programm għall‑Malti bħala Lingwa Barranija fil‑Livell tal‑Induction tal‑Primarja. Dawn ir‑riżorsi se jgħinu lill‑istudenti sabiex iħaddmu l‑ħila tas‑smigħ. Permezz tagħhom se jifhmu kliem li huwa ta’ rilevanza għall‑ħajja tagħhom ta’ kuljum bħal kliem bażiku li għandu x’jaqsam mal‑ikel, il‑ħwejjeġ, l-annimali, il‑post fejn jgħixu u l‑iskola, kif indikat fis‑sitt kisba fil‑ħila tas‑smigħ fis‑sillabu tal‑Malti għall‑Barranin. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Temi f’din it-Taqsima