Riżorsi li jgħallmu lit-tfal jidentifikaw il-kliem li hu magħmul mill-istess konsonanti kif mitlub fil-ħila tal-metalingwa. (Morfoloġija – Il-Mamma u l-Għerq)
Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Riżorsi għall-Fehim mill-Qari għar-4 Sena tal-Primarja. Dawn is-siltiet jinkludu mistoqsijiet u eżerċizzji li jistħarrġu aspetti varji tal-metalingwa f’kuntest. (K5) Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Pakkett ta’ riżorsi li jgħin lit-tfal jużaw id-dizzjunarju billi jimxu mal-ordni alfabetika u mill-ewwel ittra jaslu għal kliem li jkunu qed ifittxu t-tifsir tiegħu u hekk jitgħallmu xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara kif mitlub fil-ħila tal-qari tar-Raba’ Sena tal-Primarja. (K7) Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
