Riżorsi Interattivi għat-Tablets u l-Mowbajls.
Pollina Tingħaqad mal-Annimali minn eLearning Malta
‘Pollina Tingħaqad mal-Annimali’ hija storja diġitali dwar id-diversità. Pollina l-pantera ma tkunx aċċettata mill-annimali l-oħra tal-ġungla għax ma kinux imdorrijin jaraw bħalha. L-annimali kollha kienu jwarrbuha u jħarsulha bl-ikrah. Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tas-Sitt Sena tal-Primarja u tinkludi magħha sitt attivitajiet.
Pinu Jżomm Ruħu Nadif minn eLearning Malta
‘Pinu jżomm ruħu nadif’ hija storja elettronika fuq xadin li ma kienx iħobb jinħasel. Bis-saħħa ta’ Żaqqinu s-serp, Pinu jinbidel u jsir nadif u f’saħħtu. L-istorja hija maħsuba għat-tfal tas-Snin Bikrin u tinkludi magħha eżerċizzju u logħba.
Mill-Ħajja ta’ Ċiko minn eLearning Center Malta
‘Mill-Ħajja ta’ Ċiko’ huwa ktieb diġitali maqsum f’erba’ stejjer. Ċiko, kelb ċkejken ta’ lewn kannella, dejjem jagħmel xi waħda tinkiteb! L-istejjer huma maħsuba għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludu magħhom ħames attivitajiet u għodda li biha l-istudenti jistgħu jirrekordjaw leħinhom biex wara jużawh fir-rakkont.
Nenu n-Nemlu minn eLearning Center Malta.
‘Nenu n-nemlu’ ta’ Doreen Scerri hija storja diġitali dwar l-importanza li wieħed jikkuntenta b’dak li jkollu. Nenu n-nemlu kien jgħix ma’ ommu u ħutu f’toqba fil-ħajt, maġenb il-kċina ta’ Bertu. Hu kien jgħaddi ġranet sħaħ jitgħażżen u dejjem jilmenta li ma riedx jaħdem aktar. Ommu ta’ spiss kienet twissih li min jorqod ma jaqbadx ħut! Imma Nenu baqa’ jwebbes rasu u darba ħajtu kienet se tinbidel minn lejl għal nhar. Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludi miegħu sitt attivitajiet.
Malti – Stejjer (Android) minn DavDav Games Studio
Din l-Applikazzjoni tikkonsisti minn 6 stejjer b’40 paġna l-waħda u studji oħra bil-Malti (L-artiklu eċċ). Applikazzjoni edukattiva, interattiva u ta’ gost għat-tfal bi premjijiet għal kull storja li jaqraw!
Dawra mar-Razzett minn DavDav Games Studio
Dawra mar-Razzett – Ħarsa ħafifa lejn l-annimali tar-razzett, il-ħsejjes li jagħmlu u xi ftit eżerċizzji bil-Malti.
Ħaġa Moħġaġa minn DavDav Games Studio
‘Il fuq minn 700+ ħwejjeġ moħġaġa kemm antiki kif ukoll moderni għalikom biex taqtgħu x’inhuma!
Nitgħallem Nikteb minn DavDav Games Studio
App għat-tfal biex jitgħallmu jiktbu l-ittri bil-Malti u n-numri minn fuq it-tablets!
Iċ-Ċavetta minn Maltaserv.com
Għodda biex titgħallem tikteb bil-Malti. Rebbieħa tal-Aqwa App fil-MCA eBusiness Awards 2017