Preżentazzjoni Informattiva u Taħriġ dwar kif tiddeskrivi persuna fiżikament u bħala karattru skont kif mitlub fis-sillabu l-ġdid tal-Malti għall-Barranin (K3). Tinkludi karti tat-taħriġ għall-kitba. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Taħriġ fuq Il-Ħarsa ta’ Rużann għall-istudenti tar-4 Sena (Skola Sekondarja).
Il-Bidu – Taħdita u Taħriġ dwar l-ewwel kapitlu tar-Rumanzett – Il-Ħarsa ta’ Rużann ta’ Francis Ebejer (Michelle Attard)
Isma’ t-taħdita dwar il-Bidu tar-rumanzett.

Imla l-vojt – Karta tat-Taħriġ fuq il-Bidu tar-rumanzett.
Riżorsi għall-Istudenti tas-7 Sena (Kompetenzi Ewlenin)
Riżorsi tat-Taħdit, is-Smigħ u l-Kitba għall-istudenti tas-Seba’ Sena (Kompetenzi Ewlenin) mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, is-Sa Stephanie Apap.
It-Taħdit – L-Għarusa tal-Mosta

Is-Smigħ – Kif Insellmu lil Xulxin
Il-Kitba – Ngħaqqad Sentenzi Sempliċi

Riżorsi fuq l-Aġġettiv għall-5 Sena tal-Primarja
Preżentazzjoni u taħriġ dwar kif l-aġġettiv jista’ jsir ukoll minn għadd ta’ nomi permezz ta’ suffissi. Nirringrazzjaw lil Josette Baldachino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Riżorsa għar-Raba’ Sena tal-Primarja – Malti għall-Barranin
Taħriġ li jħarreġ lill-istudenti fil-ħila tat-taħdit skont is-sillabu l-ġdid għar-raba’ sena tal-Malti għall-barranin. Ir-riżorsa tolqot il-kisba K2 tat-Taħdit fejn l-istudenti se jużaw ir-riżorsa biex jidraw iħaddmu frażijiet sempliċi li jinkludu riferenza għall-ħin u ż-żmien. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.



