Inizjattiva ġdid mid-Dipartiment tal-Malti biex ikunu rikonoxxuta l-kwalitajiet tal-kittieba żgħażagħ.

Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda rikonoxximent għall-kittieba emerġenti fl-iskejjel Medji u Sekondarji biex ikunu ppremjati dawk l-istudenti li jispikkaw fil-kitba tagħhom bħala kittieba emerġenti. Nifirħu lir-rebbieħa u nħeġġu lil kull student sabiex juża Malti mirqum fil-kitba tiegħu.
 


 

Żewġ Riżorsi għall-Istudenti tat-Tmien Sena fuq ir-Rumanz Storiku

Żewġ riżorsi li jistgħu jintużaw bħala siltiet mhux imħejjija marbuta mar-rumanz storiku. Dawn is-siltiet huma meħuda mill-ktieb Mattew Callus ta’ Ġużè Muscat Azzopardi, b’addattament ta’ Charles Casha. 

Kisbiet milħuqa 
Q2: Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti u jinqdew b’reġistri differenti.

T6: Nitkellem fuq test letterarju billi niddiskuti t-ton/i użati mill-kittieb, il-lessiku u l-idjoma użati, u nispekula r-raġunijiet għalfejn naħseb li dawn intużaw u nagħti fehmti jekk l-effetti mixtieqa ntlaħqux jew le.

Mattew Callus: Silta 1 (p. 28 – 29) – DOCX / PDF

 

Mattew Callus: Silta 2 (p. 51 – 52) – DOCX / PDF

Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Proża tat-Tmien Sena.

 

Nitgħallmu Naqraw Flimkien – (Riżorsi fuq il-ħoss tal-ittri.)

Żewġ riżorsi għall-ewwel sena tal-primarja u għal studenti li għandhom diffikultà fil-qari bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jaqraw l-ittri tal-alfabett u l-ħoss abbinat ma’ kull ittra. Jitgħallmu wkoll jgħaqqdu ittri biex jiffurmaw kliem sempliċi. Dan il-proġett sar mis-Sa Maria Spiteri fuq il-programm tal-qari bil-Malti ta’ Chris Bugeja.

Riżorsa 1:Riżorsa 2:Dawn ir-riżorsi jinsabu fil-paġna tal-Qari tal-Ewwel Sena tal-Primarja

Kampjun ta’ Skema tax-Xogħol u Riżorsi għat-3 Sena tal-Primarja

Riżorsi marbuta mal-Kors ta’ Aġġornament għat-Tielet Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024-2025

Matul il-Kors t’Aġġornament għat-Tielet Sena tal-Primarja, l-għalliema tar-Riżorsi tal-Malti tat taħdita dwar ir-riżorsi tal-Malti li l-għalliema jistgħu jagħmlu użu minnhom fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi jinkludi l-kampjun tal-iskema ta’ xogħol għat-tielet sena u riżorsi marbuta miegħu. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Erba’ riżorsi ġodda marbuta ma’ testi letterarji taċ-ĊES 2025

Fuq is-sit malti.skola.edu.mt wieħed jista’ jsib erba’ riżorsi ġodda marbuta ma’ erba testi letterarji taċ-ĊES 2025.

Għall-Għaxar Sena 

Ħbiebi ta’ Karmenu Vassallo

 Is-smigħ tal-poeżija Ħbiebi

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
KA13.3d: Nikkummenta b’mod kritiku bil-kitba b’rabta ma’ test letterarju billi nevalwa evidenza minnu.

Preżentazzjoni Analitika u Interattiva 

 

 

Għar Dalam ta’ Ġorġ Pisani 

Is-smigħ tal-poeżija Għar Dalam

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.
K12.3ċ: Nevalwa kif il-vokabolarju b’rabta ma’ tema misjuba f’test letterarju jista’ jirrifletti epoka/i partikolari.

Preżentazzjoni bl-interpretazzjoni u l-analiżi ta’ Għar Dalam

 

Għall-Ħdax-il Sena

F’Altamira Żewġ Barrin ta’ Victor Fenech

 Is-smigħ tal-poeżija F’Altamira Żewġ Barrin

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
KA13.3ċ: Nevalwa l-effett tal-kwalitajiet ta’ test letterarju b’lingwa teknika preċiża.

Preżentazzjoni Interattiva u Analitika

Ħuta ta’ Maria Grech Ganado

 Is-smigħ tal-poeżija Ħuta

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.
KA12.3b: Nispjega kif tema/i u sottotema/i jiżviluppaw u jinteraġixxu flimkien biex joħolqu effett wieħed u kumpless fil-qarrejja.

Preżentazzjoni Interattiva u Analitika

 

Biex tara r-riżorsi kollha marbuta mal-eżami taċ-ĊES 2025 żur il-paġna tar-riżorsi tal-eżami taċ-ĊES 2025