Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Frar 2012, fis-6.30pm, l-Akkademja tal-Malti se ttella’ taħdita fil-Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Belt, fuq Ninu Cremona kittieb u studjuż tal-Malti f’għeluq l-40 sena minn mewtu. It-taħdita, bl-isem “Ninu Cremona, Ħajtu u Ħidmietu”, se jagħmilha s-Sur Joe Camilleri.
Dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istorja ta’ lsienna huma mħeġġa jattendu għal din it-taħdita u fl-istess ħin iżuru l-wirja li hemm fil-Biblijoteka bħalissa dwar ix-xogħlijiet ta’ Ninu Cremona.
Tagħrif ieħor fuq Cremona tista’ tisiltu mis-sit tal-Akkademja tal-Malti.
Preżentazzjoni fuq Ninu Cremona ssibha mit-taqsima tal-“Kartolini” fuq il-lemin tas-sit.
Ara wkoll iċ-ċirkulari li ntbagħtet fl-iskejjel.