Minn Olvin Vella
Meta nikteb titlu ta’ silta għat-taħriġ il-fehem, nikteb il-kliem kollu b’ittra kbira, minbarra l-artiklu u l-prepożizzjonijiet?
Ma teżistix regola fuq dan, iktar hi kwistjoni ta’ stil. Rajt kemm-il darba min jikteb il-kelmiet qosra b’ittra żgħira wkoll, bħal “Ħolma li Ħlomt”.
Forsi l-eħfef triq għal kulħadd tkun li niktbu l-ewwel ittra tas-sentenza b’ittra kbira u l-bqija kollox żgħir, bħal “Marika tixtieq trabbi annimal tad-dar”.
Hija għażla ħafifa u korretta.