Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Librerija Pubblika Ċentrali se jingħaqdu flimkien biex jorganizzaw taħdita f’għamla ta’ sessjoni ta’ taħriġ għall-pubbliku bl-isem ‘Strateġiji tal-Qari’.
It-taħdita se tingħata minn Anabel Desira nhar it-Tlieta, 23 ta’ April, fil-Librerija Pubblika Ċentrali, il-Furjana, fl-10am.
Id-dħul għaliha hu b’xejn imma importanti li min jixtieq jattendi jirreġistra fl-indirizz elettroniku info@ktieb.org.mt jew billi jċempel 2124 0703 jew 2125 2604.