Il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb din is-sena se ssir bejn l-10 u l-14 ta’ Novembru 2010 f’Dar il-Mediterran, il-Belt.
Il-Fiera hi organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u d-Dipartiment tal-Libreriji u ilha ssir mis-sebgħinijiet tas-seklu għoxrin. Il-Fiera llum saret parti importanti mill-kalendarju kulturali Malti u qed iżuruha ’l fuq minn 18,000 ruħ kull sena.
Il-Programm
L-Erbgħa 10 ta’ Novembru
19.30 – Bronk iniedu l-ktieb ta’ Staqsi lir-Riħ ta’ Salv Sammut
Il-Ħamis 11 ta’ Novembru
19.15 – Horizons iniedu l-ktieb Il-Lejl tal-Irġulija ta’ Sergio Grech.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru
19.30 – Merlin Library Ltd iniedu l-ktieb Penumbra ta’ Trevor Żahra
Is-Sibt 13 ta’ Novembru
10.30 u 11.30 – Preżentazzjoni minn Birdlife Malta
16.30 – Librerija Preca tippreżenta numru ta’ pubblikazzjonijiet tagħha.
20.00 – Merlin Library Ltd jippreżentaw Tset-sik
Il-Ħadd 14 ta’ Novembru
10.30 – Franny Jo Publications u Kottoner Media jippreżentaw Manwel Dimech fi Kliemi ta’ Mark F. Montebello
14.00 – Preżentazzjoni minn Birdlife Malta
15.00 – Preżentazzjoni minn Birdlife Malta
16.00 – Preżentazzjoni minn Birdlife Malta
18.00 – Librerija Preca tippreżenta Perichoresis – A Meditation on the Icon of Our Lady of Damascus ta’ Peter Serracino Inglott.
Id-dħul għall-fiera hu mingħajr ħlas.
Il-Fiera se tiftaħ kif ġej:
L-Erbgħa 10 ta’ Novembru: Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Il-Ħamis 11 ta’ Novembru: Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru: Mid-9.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mill-5.00 p.m. sal-10.00 p.m.
Is-Sibt 13 ta’ Novembru: Mid-9.00 a.m. san-12.30 p.m. u mill-4.00 p.m. sal-10.00 p.m.
Il-Ħadd: Il-Fiera tiftaħ il-jum kollu, mingħajr għeluq.
Min hu interessat jista’ wkoll jakkwista l-katalgu li fost l-oħrajn fih kontribuzzjonijiet interessanti minn Charles Casha, Sergio Grech, Olvin Vella, William Zammit u Trevor Żahra.
Għal dawk li jaqtgħu qalbhom li jimxu sa Dar il-Mediterran, hemm it-trasport ipprovdut, bi ħlas, mill-venda ta’ Bieb il-Belt.