Riżorsi tas-smigħ għall-istudenti barranin tas-sekondarja kif ukoll karti tat-taħriġ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Category Archives: Avviżi
Preżentazzjonijiet/Leħħiet dwar in-Numri għas-snin kollha tal-Primarja
Premju Frans Sammut 2016
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bi pjaċir iħabbar it-tielet edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-Premju jingħata kull sena lil dawk il-persuni, skejjel u entitajiet privati, istituzzjonijiet governattivi jew mezzi tax-xandir li juru li fil-komunikazzjoni verbali, bil-kitba u elettronika jinqdew bl-ilsien Malti b’mod eżemplari, kreattiv u innovattiv.
Il-Premju jinqasam fi tliet kategoriji:
Kategorija A: Għal individwi minn erbatax-il sena ’l fuq minn kull qasam tal-ħajja.
Kategorija B: Għal skejjel statali, tal-knisja u privati, u entitajiet oħra edukattivi.
Kategorija Ċ: Għall-entitajiet, fosthom għaqdiet volontarji, kunsilli lokali, kumpaniji privati, istituzzjonijiet governattivi, fondazzjonijiet, koperattivi u l-bqija.
Il-premjijiet huma ta’ €1500, €1000 jew €500 f’kull kategorija.
Tnedija ta’ Filmati ta’ Kanzunetti Maltin
Bi pjaċir nixtiequ ngħarrfu lill-għalliema tal-Malti tal-iskejjel medji u sekondarji li nhar il-Ħadd, 3 ta’ Lulju 2016, fl-10:00 ta’ filgħodu, fl-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Mosta, l-istudenti tal-Istudji tal-Media, immexxija mis-Sur Ian Attard se juru għall-ewwel darba tnax-il film ta’ kanzunetti popolari Maltin, jiġifieri:
- Kieku Taf ta’ Corazon Mizzi
- L-Ewlieni ta’ Danika Muscat
- Pupa ta’ Denise Spiteri
- Lupu ta’ Denise Spiteri
- Imħabba f’Kemmuna ta’ Frank O’Neil
- Ħdejk ta’ Joseph Refalo
- Baħħar ta’ Kantilena
- Jien ma Naħdimx ta’ Karen Debattista
- Għal Dejjem ta’ Marie Claire Attard Bason
- Fejn Marru t-Tfal ta’ Michela Galea
- L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel ta’ Sammy Bartolo u n-New Cuorey
- Kemm hu Sabiħ ta’ Sammy Bartolo u n-New Cuorey
Lejn id-Deċiżjonijiet 2
Għal tagħrif dwar il-kitba ta’ kliem Ingliż fil-Malti, ikklikkja: Lejn id-Deċiżjonijiet 2


