Riżorsi dwar il-Qari ta’ Skeda għall-Ħames Sena tal-Primarja

Preżentazzjoni u karta tat-taħriġ li jolqtu l-kisba:

Qari – K6    Nagħraf jekk għandix naqra kull kelma ta’ test biex nieħu t-tagħrif li neħtieġ jew inkella naqra xi kliem, frażijiet jew sentenzi biss, jew nifli l-istampi/illustrazzjonijiet, u l-bqija. Ngħidu aħna, jekk inkun qiegħed infittex isem ta’ film fl-iskeda tal-programmi televiżivi ma neħtieġx naqra t-tagħrif kollu mogħti fuq kull film, imma naqra l-ismijiet tal-programmi biss.

Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Dokumenti tal-Assessjar Kontinwu u l-Kriterji tiegħu għar-4, is-7 u t-8 Sena tal-Malti bħala Lingwa Barranija

Kull wieħed minn dawn id-dokumenti qed jieħu post żewġ dokumenti oħra li diġà kienu qed jintużaw mill-għalliema tal-Malti bħala Lingwa Barranija: Il-Kriterji tal-Assessjar Kontinwu u Assessjar tal-Malti għall-Barranin. Il-ġbir ta’ dawn id-dokumenti f’wieħed sar biex ikun hemm aċċess aħjar u aktar faċli għal dawn id-dokumenti.

Ir-4 Sena


Il-5 Sena

Is-7 Sena
It-8 Sena

Riżorsa dwar il-Pronomi Dimostrattivi għall-istudenti tat-Tielet Sena tal-Primarja

Metalingwa – Naf inħaddem il-pronomi dimostrattivi bħal dan, din, dawn / dak, dik, dawk. 

Taħdit (n. 8) – Nieħu sehem f’diskussjonijiet fi gruppi żgħar, bl-għajnuna tal-għalliema, fejn nesprimi l-fehmiet u l-ħsus tiegħi bi struttura grammatikali u sintattika tajba, skont il-firxa tal-vokabularju tal-età tiegħi u b’intonazzjoni tajba fejn meħtieġ.

Preżentazzjoni bit-taħriġ interattiv dwar il-ġens tal-annimali tar-razzett u l-prodotti li jagħtuna mħejjija mis-Sa Mandy Mamo.