Fl-okkażjoni tal-151 sena mit-twelid tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar bil-koperazzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, il-Mużew tal-Arkivji tal-Katidral tal-Imdina u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizza attività fl-Imdina għall-istudenti tad-Disa’ Sena dwar ħajjet il-poeta u xogħlijietu. Ħajr lis-Sur Daniel Bezzina tar-ritratti.
.