Awguri mill-qalb għall-Milied u s-sena l-ġdida mid-Dipartiment tal-Malti.
Din il-kanzunetta sabiħa tal-Milied għaddithielna Sr Giovannita Briffa, il-Kap tal-Iskola San Franġisk ta’ Birkirkara. Il-kanzunetta nkitbet minn Mario Cucciardi, bil-mużika ta’ Andrew Zammit, u hi kantata mill-kor tat-tfal ‘Ilħna Ferrieħa’ tal-istess skola. Ġiet irrekordjata għand Tone Studios tal-Furjana. Nirringrazzjawhom. Grazzi wkoll lill-ħbieb tagħna Thomas Pace u Maria Azzopardi li ħejjew il-filmat ta’ mal-kanzunetta.
F’din il-paġna ssibu aktar riżorsi tal-Milied li tistgħu tużawhom mat-tfal fil-klassijiet tagħkom.