Numru ta’ riżorsi bit-tema tat-temp, l-istaġuni u l-ħwejjeġ għat-tagħlim tal-Malti għall-Barranin minn Stephanie Dempsey mill-Iskola Sekondarja fil-Kulleġġ t’Għawdex.
Author Archives: Paul Gatt
Riżorsi għat-Tagħlim tal-Malti għall-Barranin
Numru ta’ riżorsi għat-tagħlim tal-Malti għall-Barranin minn studenti fil-Kors tal-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-għalliema tal-Malti tal-Iskola Medja fil-Kulleġġ Marija Reġina, In-Naxxar.
Riżorsi tas-smigħ għat-tielet sena tal-primarja.
Dawn ir-riżorsi jinkludu t-testi li jridu jinqraw mill-għalliema, kif ukoll il-mistoqsijiet għall-istudenti li jistgħu jsiru jew fuq karti tat-taħriġ jew b’mod interattivi. Is-siltiet għandhom isiru skont is-sekwenza tan-numri. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Filmati b’interpretazzjoni ta’ għaxar poeżiji mill-antoloġija Bejn Ħaltejn
Għaxar filmati b’interpretazzjoni ta’ wħud mill-poeżiji fl-antoloġija Bejn Ħaltejn u li huma inklużi fis-sillabu taċ-ĊES.
Poeżiji tar-Raba’ Sena:
Poeżji tal-Ħames Sena:
Dawn il-filmati huma xogħol l-istudenti tal-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST. Proġett bi sħab bejn l-MCAST u d-Dipartiment tal-Kurrikulu tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Korsijiet ta’ Aġġornament Volontarju fil-Malti għas-sena skolastika 2015-2016
It-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għal darb’oħra ser jorganizzaw sensiela ta’ korsijiet volontarji għall-għalliema, l-LSAs, il-KGAs, l-edukaturi, il-ġenituri u l-pubbliku. Dawn il-korsijiet huma maħsuba kemm għal dawk li jħossu l-ħtieġa li jitgħallmu l-Malti u/jew isaħħu l-għarfien tagħhom fil-Malti, kif ukoll għal dawk li jridu jidħlu aktar fil-fond fl-għarfien tal-istrutturi lingwistiċi tiegħu.
Il-korsijiet se jsiru bejn Frar u Mejju 2016 u jieħdu sitt ġimgħat, b’lezzjoni ta’ sagħtejn, darba fil-ġimgħa. Barra l-parti teoretika jkun hemm ukoll ħidma prattika. Tagħrif dwar iIl-korsijiet offruti, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tagħhom, jinsabu fl-aħħar DCM 024 – Korsijiet ta’ Aġġornament Volontarju fil-Malti għas-sena skolastika 2015-2016
Dawk kollha li jixtiequ jattendu, inkluż dawk li kienu diġà nkitbu għal xi kors is-sena l-oħra, għandhom jibagħtu ittra elettronika jew postali b’isimhom u kunjomhom, in-numru tal-identità, l-indirizz postali, in-numru tat-telefown/mowbajl, l-iskola fejn jgħallmu u liema kors jixtiequ jattendu. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat lis-Sur John Farrugia fl-indirizz john.b.farrugia@gov.mt jew iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun, ĦMR 1304 sa nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar 2016.
Min ikun irid aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti fuq wieħed minn dawn in-numri 25982914, 25982905 jew 25982907.
Il-korsijiet huma bla ħlas u jingħażlu l-ewwel tletin li japplikaw għal kull kors.
Min jattendi l-laqgħat kollha jingħata ċertifikat uffiċjali mid-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.



