L-Għaqda tal-Malti – Università se torganizza attività oħra fis-serje filMalti, din id-darba biex tfakkar l-20 sena mill-mewt tad-drammaturgu Francis Ebejer. F’din l-attività se jintwerew siltiet mill-filmat tad-dramm Il-Ġaħan ta’ Binġemma, ta’ Francis Ebejer, u li fih tispikka t-tema tal-kontinwità. Id-diskussjoni li ssegwi se tiffoka fuq din it-tema (li tispikka wkoll fir-rumanzett għall-eżami taċ-ĊES, Il-Ħarsa ta’ Rużann). Din se titmexxa minn Dr Joseph Axiaq.
Minħabba r-rabta ta’ Francis Ebejer ma’ Ħad-Dingli, din l-attività se ssir fis-sala tal-Kulleġġ Savio fid-29 ta’ Novembru 2013 mill-5 sat-8 ta’ filgħaxija. Din l-attività hi ta’ interess partikulari għall-għalliema tas-sekondarja, għall-istudenti u għall-ġenituri tagħhom.
Tagħrif ieħor tistgħu tiksbuh mill-paġna tal-Facebook tal-Għaqda tal-Malti.