Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda

Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda intenzjonat għall-istudenti tal-għaxar sena – Xogħol ta’ Kirsty Bartolo

Kwiżż li jinkludi erba’ taqsimiet grammatikali: 

  • Il-Verb,
  • in-Nom u l-Pronom,
  • l-Aġġettiv u l-Partiċipju u 
  • Kelmet il-Għadd

L-għalliema jistgħu jikkupjaw il-Kwiżż u jemendawh skont il-ħtieġa tal-istudenti tagħhom permezz ta’ din il-ħolqa: Il-Grammatika fil-kanzunetta Ħamiema Bajda
Min irid jaħdem dan il-Kwiżż jista’ jikklikkja hawn: Aħdem il-Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda.

Ikklikkja fuq l-istampa biex iżżur il-paġna tal-Grammatika tal-Għaxar Sena. 

Riżorsi dwar il-lingwaġġ xjentifiku, matematiku u teknoloġiku għall-Ħames Sena tal-Primarja

Sett ta’ riżorsi dwar il-lingwaġġ xjentifiku, matematiku u teknoloġiku li jolqot il-ħiliet kollha tat-tagħlim skont is-sillabu l-ġdid għall-Ħames Sena tal-Primarja. It-tabella hawn taħt turi t-tip ta’ riżorsa, il-ħila u l-kisba tat-tagħlim. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

 

Dokument

Ħila u Kisba

Tip ta’ Riżorsa

1a Taħdit K10 Preżentazzjoni
Kitba K10
2a Kitba K10 Karta tat-taħriġ
3a Taħdit K10 Preżentazzjoni
Kitba K10
4a Kitba K10 Karta tat-taħriġ
5a Smigħ K9 Preżentazzjoni
6a Smigħ K9 Karta tat-taħriġ
Kitba K10
7a Qari K7, K2 Karta tat-taħriġ
8a Qari K7, K2 Karta tat-taħriġ
9a Qari K7, K2 Karta tat-taħriġ
10a Qari K7, K2 Karta tat-taħriġ