Minn Olvin Vella
Kif niktbuh il-plural ta’ ragħaj: ragħajja jew rgħajja?
Il-plural huwa ragħajja, u l-mudell qarrejja. Ftakar biss li ma nistgħux nirduppjaw l-għ fil-kitba.
Ara dawn l-eżempji bil-mudell imħaddem:
Il-qarrej jaqra. | Il-qarrejja taqra. | Il-qarrejja jaqraw. |
Ir-ragħaj jirgħa. | Ir-ragħajja tirgħa. | Ir-ragħajja jirgħaw. |
Innota li fl-antik, meta l-għ kien għad kellha l-ħoss tagħha, kienu jiktbuha ragħgħaj. U l-plural kien ragħgħajja.