Nifirħu lis-Sa Marija Montebello, il-Kap tal-Iskola Primarja ta’ Ħal Safi, u lill-istaff tal-iskola u tal-Kulleġġ San Benedittu taħt id-direzzjoni tas-Sa Marylin Sciortino, il-Prinċipal, li flimkien mal-Jesuit Refugee Service – Malta (JRS) organizzaw attivitajiet għat-tfal tal-primarja, bil-ħsieb li jkomplu joħolqu kuxjenza kontra r-razziżmu.
Prosit li kull min ta sehmu u jalla naraw aktar minn dawn l-attivitajiet sbieħ. Din l-inizjattiva hi parti minn proġett tal-JRS li permezz tiegħu ħareġ ukoll ktieb bil-Malti għat-tfal miktub minn Clare Azzopardi u bl-illustrazzjonijiet ta’ Marisa Attard, bl-isem Kidane – Ġrajja ta’ Tama, u li l-istorja tiegħu hija ispirata mill-ġrajja vera ta’ Goitom Yosief.
Dan il-ktieb qed jitqassam b’xejn mill-JRS. Tagħrif ieħor tista’ tiksbu minn hawnhekk.