![]() |
![]() |
![]() |
Sett ta’ kartelluni maħluqa biex jgħinu lill-istudenti jtejbu l-ortografija tagħhom. Huwa ssuġġerit li l-kartelluni jiddendlu fil-klassi sabiex l-istudenti jarawhom spiss u b’hekk isiru familjari magħhom u jibdew jiktbu Malti tajjeb billi jevitaw ċertu żbalji tal-kitba fix-xogħlijiet tagħhom. Il-kartelluni jittrattaw dawn it‑temi:
għ mhux h
l-aċċent
għ mhux ow
h mhux ħ
i jew e mhux ie
lil imqassra
’il u ’l ma’ direzzjoni
l-appostrofu
l-għ fil-kmand
ma fin-negattiv
kliem magħqud
il-konsonanti dgħajfin
l-omofoni
il-mudelli tal-verbi (għall-5 u s-6 sena)
Hemm dokument bit-titli għal kull tema: It-Titli Għal Kull Kartellun.
Dawn it-titli jistgħu jinqatgħu u jitwaħħlu fuq il-kartelluni rispettivi.
Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.