Werrej tal-Paġna
-
- Riżorsi marbuta mall-qari (Aġenzija tal-Litteriżmu)
- Addozzjoni ta’ Kelb (Yasmin Camilleri)
- L-Annimali F’Ħajjitna (Diane Zammit)
- Qari ta’ Kitba Oġġettiva u Suġġettiva (Paul Gatt)
- Informazzjoni Impliċita u Espliċita (Paul Gatt)
- Il-Ħarsien tal-Ambjent fi żmien il-Festi (Diane Cutajar)
- L-Intonazzjoni: Batterija Baxxa – L-Istejjer tar-Ronnie (Amanda Muscat)
- Il-Ħarrub (Arianna Mangion)
- Il-Bidla fil-Klima (Gabriel Mizzi)
- Nieħdu Ħsieb tagħna nfusna u ta’ Xulxin (Yousef Borg)
- Kejk tal-Ġewż – L-Imperattiv fl-Istruzzjonijiet (Amy Calleja)
- Il-Festa tar-Raħal Tagħna – Il-Punteġġjatura (Franklyn Baldacchino)
- L-Użu tal-Imperattiv fil-Qwiel (Martina Tabone)
- Nagħżel x’naqra billi nfittex l-informazzjoni li neħtieġ mill-ktieb (Rachel Paris)
Il-Proġett Kotba fil-But
Riżorsi b’taħriġ marbut mal-qari dwar l-istorja, il-karattri, il-bijografija tal-awtur, il-ħrafa u l-leġġenda, il-poeżija u l-werrejja għall-ktieb. Dawn il-karti tat-taħriġ tħejjew minn Helen Barbara u Helmut Cassar mill-Aġenżija tal-Litteriżmu.
R1/R2 K1 – Naqra bis‑sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba, f’qalbi, waħdi, fis‑skiet, għall‑gost, quddiem ħaddieħor, ma’ oħrajn, ngħidu aħna, poeżiji, novelli, artikli f’gazzetti jew rivisti, stejjer tal‑biża’, tad‑daħk, mistħajla, stejjer ta’ vera, bijografiji, u l‑bqija.
R3 K1 – Naqra bis‑sens, b’leħen ċar u tonalità tajba, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza u nifhem kitbiet ta’ ġeneri differenti ta’ bosta kittieba, f’qalbi, għal rasi, fis‑skiet, għall‑gost, quddiem ħaddieħor, ma’ oħrajn u l‑bqija; ngħidu aħna, riċetti, poeżiji, novelli, drammi, gazzetti, rivisti, stejjer tal‑biża’, tad‑daħk, mistħajla, ta’ vera, bijografiji, awtobijografiji, u l‑bqija.
R1 K5 – Nislet minn dak li naqra l‑punti ewlenin billi nidentifika l‑kliem, il‑frażijiet u s‑sentenzi l‑aktar importanti.
R1 K6 – Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti, ngħidu aħna, jirrakkuntaw, jiddeskrivu, jgħarrfu, jgħallmu, jagħtu gost, idaħħku, jispjegaw, jirreklamaw, ibigħu, jesprimu sentiment, u l‑bqija.
R1/R2 K8 – Naqra u nagħti kas tal‑intonazzjoni billi nsegwi sewwa s‑sinjali tal‑punteġġjatura bħal l‑ittri kapitali, is‑sing, l‑aċċent grafiku, il‑punt, iż‑żewġ punti, il‑virgola, il‑virgoletti, il‑kursiv, il‑puntini, il‑parentesi, is‑sinjal tal‑mistoqsija, is‑sinjal esklamattiv u ż‑żewġ punti.
Il-Malti … … Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr
Magazin elettroniku kkreat bi sħab mat-taqsima tal-lingwi tal-Fakultà tal-Edukazzjoni. Għal-lingwa Maltija ħa sehem is-Sur Christian Spiteri mill-iskola Medja tan-Naxxar. Fih kitbiet b’ġeneri differenti u anke xi logħob, kollha kemm huma xogħlijiet l-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena fl-iskola Medja tan-Naxxar.
Ħolqien ta’ riżorsi simili jistgħu jkunu parti mil-lezzjonijiet tal-Malti u t-tema trasversali tal-Litteriżmu Diġitali. Din ir-rivista nħolqot b’xejn online permezz tas-sit www.joomag.com u tista’ taċċessaha wkoll online
It-Temp tal-Verb fil-Qari – (Fransianne Cutajar)
R3 K6 Jien u naqra nidentifika l-verb u nintebaħ f’liema temp qiegħed jitħaddem.
Riżorsa permezz tal-Bord Interattiv – (Starboard)
Permezz ta’ din ir-riżorsa magħmula minn 3 paġni, l-istudenti jipprattikaw it-temp tal-verbi f’kuntesti differenti u jifhmu kif it-temp tal-verb jinfluwenza l-binja tal-istorja.
Kwiżż fuq it-Temp tal-Verb (Passat/Preżent/Futur) bil-Kahoot (Fransianne Cutajar)
Addozzjoni ta’ Kelb
Djalogu bit-Taħriġ dwar l-Addozzjoni ta’ Kelb. (Yasmine Camilleri)
L-Annimali f’Ħajjitna
R1, K6 – Nagħraf li ġeneri differenti ta’ kitba għandhom funzjonijiet differenti, ngħidu aħna, jirrakkuntaw, jiddeskrivu, jgħarrfu, jgħallmu, jagħtu gost, idaħħku, jispjegaw, jirreklamaw, ibigħu, jesprimu sentiment, u l-bqija.
Preżentazzjoni b’filmat u taħriġ interattiv dwar il-ferħ li jġibu l-annimali f’ħajjet il-bniedem.
Nota Importanti: L-annimali m’għandhomx jingħataw bħala rigal speċjalment jekk wieħed ma jkunx ċert jekk il-persuna li se taqla’ r-rigal tkunx tassew lesta tikkommetti ruħha li tieħu ħsieb dak l-annimal.
R3 K2 Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa fuqu; nagħraf jekk kitba tkunx mistħajla jew realistika; nagħraf il-messaġġi li jrid iwassal l-awtur anke dawk impliċiti u kif dawn jolqtu lill-qarrejja; inqabbel dak li naqra mal-esperjenzi tiegħi u ta’ ħaddieħor, nirrifletti fuq il-kuntest u ż-żmien li fih saret il-kitba, u l-bqija.*
Qari ta’ Kitba Oġġettiva u Suġġettiva – (Paul Gatt)
Informazzjoni Impliċita u Espliċita – Noti u Taħriġ– (Paul Gatt)
Risposti għall-karta tat-taħriġ
Il-Ħarsien tal-Ambjent fi Żmien il-Festi
Djalogu dwar kif nistgħu nieħdu ħsieb l-ambjent fi żmien il-festi b’imġiba responsabbli u b’taħriġ fil-ħila tal-kitba u t-taħdit. (Diane Cutajar)
R2 K8 Naqra u nagħti kas tal-intonazzjoni billi nsegwi sewwa s-sinjali tal-punteġġjatura bħal l-ittri kapitali, is-sing,l-aċċent grafiku, il-punt, iż-żewġ punti, il-virgola, il-virgoletti, il-kursiv, il-puntini, il-parentesi, is-sinjal tal-mistoqsija, is-sinjal esklamattiv u ż-żewġ punti.
Batterija Baxxa – L-Istejjer tar-Ronnie – (Amanda Muscat)
R1 K2 Dak li naqra nifhmu, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha, inwieġeb mistoqsijiet diretti u inferenzjali.
Il-Ħarrub – TVM (Arianna Mangion)
Kwiżż interattiv fuq is-silta Il-Ħarrub (Arianna Mangion)
Filmat dwar kif isir il-Ġulepp tal-Ħarrub (TVM)
R3 K2 Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha; inwieġeb mistoqsijiet diretti, inferenzjali u miftuħa fuqu; nagħraf jekk kitba tkunx mistħajla jew realistika; nagħraf il-messaġġi li jrid iwassal l-awtur anke dawk impliċiti u kif dawn jolqtu lill-qarrejja; inqabbel dak li naqra mal-esperjenzi tiegħi u ta’ ħaddieħor, nirrifletti fuq il-kuntest u ż-żmien li fih saret il-kitba, u l-bqija.
Il-Bidla fil-Klima
Karti tat-Taħriġ bil-Qari, it-Tisliba u r-Risposti (DOCX / PDF) (Gabriel Mizzi)
Tisliba Interattiva b’mistoqsijiet marbuta mal-qari Il-Bidla fil-Klima (Gabriel Mizzi)
Nieħdu ħsieb tagħna nfusna u ta’ xulxin – Kartun dwar il-pandemija tal-Covid-19 b’taħriġ bl-istess tema. (Yousef Borg)
Kejk tal-Ġewż – L-Imperattiv fl-Istruzzjonijiet
R2, K5: Nagħraf li f’istruzzjonijiet, direzzjonijiet, preskrizzjonijiet u l-bqija, il‑kittieba jinqdew bl-imperattiv u bi kliem li juri direzzjonijiet, fosthom l-avverbji.
Kartun bit-taħriġ dwar l-użu tal-Imperattiv fl-istruzzjonijiet. (Amy Calleja)
Il-Festa tar-Raħal Tagħna – L-Użu tal-Punteġġjatura fil-Qari (Franklyn Baldacchino)
R1, K8: Naqra u nagħti kas tal-intonazzjoni billi nsegwi sewwa s-sinjali tal-punteġġjatura bħal l-ittri kapitali, is-sing,l-aċċent grafiku, il-punt, iż-żewġ punti, il-virgola, il-virgoletti, il-kursiv, il-puntini, il-parentesi, is-sinjal tal-mistoqsija, is-sinjal esklamattiv u ż-żewġ punti.
L-Użu tal-Imperattiv fil-Qwiel
R3 K5: Nagħraf li f’istruzzjonijiet, direzzjonijiet, preskrizzjonijiet u l-bqija, il-kittieba jinqdew bl-imperattiv u bi kliem li juri direzzjonijiet, fosthom l-avverbji, bħal ngħidu aħna, f’testi bħal riċetti, listi ta’ regolamenti, applikazzjonijiet, manwali, logħob diġitali, mappi informattivi, u l-bqija.
Preżentazzjoni Interattiva dwar l-użu tal-Imperativ fil-Qwiel. (Martina Tabone)
R3 K3: Nagħżel x’kitbiet naqra skont il-gosti tiegħi u l-informazzjoni li neħtieġ billi naqra t-titlu, is-sottotitli, il-werrej, il-kapitli, in-numri tal-paġni, it-taqsimiet, ix-xbihat jew l-istampi, il-kapxins, il-qoxra ta’ quddiem u ta’ wara, l-indiċi, il-kelmtejn tal-bidu, il-messaġġ fuq il-qoxra u l-biblijografija; kull meta mmur infittex xi kotba fil-librerija jew infittex informazzjoni f’enċiklopedija jew nfittex informazzjoni f’siti elettroniċi, u l-bqija.
Infittex informazzjoni importanti dwar ktieb li se naqra jew li qrajt (Tisliba). (Rachel Paris)
Karatteristiċi ta’ Ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)
Iddisinja faċċata ta’ ktieb – Karta tat-Taħriġ (Rachel Paris)
Il-Proġett Kotba fil-But
Kotba Klassiċi online adattati għall-Malti minn Norman C Borg