Il-Malti fl-Istorja – Attività Kurrikulari għall-istudenti tas-7 sena

Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat għas-Snin Bikrin, Lingwi u Studji Umanistiċi flimkien ma’ Heritage Malta, qed jerġa’ jippreżenta numru ta’ sessjonijiet bl-isem ta’ Il-Malti fl-Istorja għallistudenti tas-seba’ sena fl-iskejjel Medji b’rabta mal-kisbiet li nsibu fis-sillabu tal-Malti fejn tidħol ilħila fit-taħdit dwar tema kulturali. Il-Malti fl-Istorja hi attività msejsa fuq metodoloġija ta’ tagħlim interattiv u tinstiga motivazzjoni intrinsika fost l-istudenti billi tuża b’mod sħiħ l-ambjent u l-materjal uniku li joffri l-Mużew tal-Etnografija fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.

Għal aktar tagħrif ara ċ-ċirkulari: DELH087/2025