Jaqaw, x’ġej?!

Għeżież ħbieb,

Wasalna fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Għalik din hija sfida oħra biex tgħin lill-istudenti jitfgħu l-pass li jmiss.

Għalija, is-sena li għaddiet kienet l-ewwel waħda bħala uffiċjal edukattiv tal-Malti. Dort ħafna skejjel, kemm waqt żjarat li għamilt fil-klassijiet, kif ukoll waqt sessjonijiet ta’ taħriġ professjonali. Smajt x’għedtuli u għamilt lista twila ta’ ħwejjeġ li ġustament qed titolbu: l-ewwel u fuq kollox, ir-riżorsi għall-għalliema.

Kif wegħedtkom meta tkellimna, dan is-sit elettroniku huwa fundamentali biex naqsmu r-riżorsi flimkien. Dan se jsir il-bank tar-riżorsi tagħna l-għalliema għall-Malti fil-primarja.

Bil-għajnuna tagħkom l-għalliema tal-Primarja u ta’ sħabi oħrajn li jgħallmu fis-Sekondarja u l-Università, qed naħdem biex l-istudenti jkollhom kotba ġodda u tajbin. U biex l-għalliema jingħatawlhom riżorsi tajbin oħra.

M’iniex naqta’ qalbi għax l-għajnuna hija kbira. Jekk inti wkoll tixtieq tagħti sehmek u qed issibha bi tqila tikkuntattjani, nitolbok ma toqgħodx lura. Għandna bżonn lil xulxin biex nagħtu l-aħjar lill-istudenti.

David Agius Muscat
Uffiċjal tal-Edukazzjoni għall-Malti
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u l-eLearning
Triq Sarria
Il-Furjana FRN 1460

Tel. (+356) 2558 7126