Illum Malta tilfet wieħed mill-ġganti tal-lingwa Maltija. Nittamaw li ż-żerriegħa li żera’ f’ħafna Maltin, speċjalment f’dawk li kienu studenti tiegħu, tibqa’ tħalli l-frott.
Strieħ fis-sliem għażiż Prof. Friggieri – Inwegħduk li dak li għallimtna int se nibqgħu ngħożżuh u nżommuh ħaj biex hekk inżommu ħajja u għażiża t-tifkira tiegħek.
Il-Professur Oliver Friggieri mat-Taqsima tal-Malti fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni. Din is-sessjoni qanqlet fina nostalġija għall-jiem meta Friggieri kien il-lettur tagħna. Minbarra li għallimna dwar il-Malti, tana tagħlim siewi dwar il-ħajja. Minn taħt idejh ma ħriġniex biss għalliema tal-Malti tajbin, imma ħriġna bnedmin aħjar.