Nifirħu lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr li fil-5 ta’ Frar 2012 semma s-sala tal-iskola primarja ta’ dan ir-raħal sabiħ għal Ġanni Cilia, edukatur u kittieb, magħruf bħala “is-Surmast”.
Ġanni Cilia, Żebbuġi li mar joqgħod l-Imġarr, għex fis-seklu l-ieħor, u ddedika ħajtu għat-tixrid tal-edukazzjoni fl-Imġarr.
Hu kien imsieħeb fl-Akkademja tal-Malti u xandar kotba sbieħ bħal: Il-Ġmiel tad-Dinja, Tagħlim fuq id-Dinja, u oħrajn.