Preżentazzjoni u eżerċizzji interattivi li jintroduċu lill-istudenti barranin għal kliem li jintuża biex isiru l-mistoqsijiet fil-lingwa Maltija. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Category Archives: Avviżi
Taħriġ tal-Malti għall-Barranin fuq it-tema tal-Ilbies
Taħriġ interattiv tal-Qari għall-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija mħejji mis-Sa Sylvana Farrugia.
Taħriġ fis-Smigħ għall-Istudenti tal-Malti bħala Lingwa Barranija
Taħriġ interattiv fuq Avviż (permezz tal-Microsoft Forms) fil-ħila tas-Smigħ imħejji mis-Sa Amanda Lupi Spencer .
Edukaturi li jixtiequ jemendaw dan it-taħriġ jistgħu jikklikkjaw hawn.
Riżorsi ta’ Taħriġ tal-Malti għall-Barranin fil-Livell tal-Induction (Primarja)
Dawn ir-riżorsi ta’ taħriġ inħolqu biex jinħadmu mal-pakkett ta’ riżorsi – Nisma’ u Nitgħallem. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi (Immarka l-kliem li tisma’ u Isma’ u qabbel) l-istudenti se jkunu jistgħu jitħarrġu biex isaħħu l-vokabularju tagħhom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Riżorsi Interattivi tas-Smigħ għat-Tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
Il-Ħuta – Fehim mis-smigħ: Taħriġ interattiv imħejji mis-Sa Christabel Attard.
Din ir-riżorsa hija mmirata għall-istudenti tal-Primarja.
Emme – L-Għasfur Ċkejken: Fehim mis-smigħ – Taħriġ Interattiv fuq il-kartun Emme mħejji mis-Sur Owen Farrugia.
Din ir-riżorsa hija mmirara għall-istudenti tal-Primarja.
It-Tberik tal-Annimali: Fehim mis-Smigħ – Taħriġ Interattiv fuq Avviż mħejji mis-Sa Amanda Lupi Spencer.
Dan it-taħriġ huwa mmirat għall-istudenti tal-Primarja.
Festi Nazzjonali u Reliġjużi: Taħriġ Interattiv dwar il-kultura tal-festi mħejji mis-Sa Ylenia Baldwin.
Din ir-riżorsa hija mmirata għall-istudenti fl-iskola Medja jew Sekondarja.






