Riżorsi għall-Ħames Sena li jolqtu l-kisba K7 tas-smigħ. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-risorsi.
Category Archives: Avviżi
Kwiżż (Microsoft Form) fuq in-novella Il-Mejda tal-Mogħdija ta’ Pierre J. Mejlak
Kwiżż (Microsoft Form) fuq in-novella Il-Mejda tal-Mogħdija ta’ Pierre J. Mejlak, imħejjija minn Jean Paul Borg.
L-għalliema jistgħu jużaw din il-ħolqa biex jemendaw din ir-riżorsa skont il-ħtieġa tal-istudenti tagħhom.
Min irid jaħdem dan it-taħriġ jista’ jikklikkja hawn: Il-Mejda tal-Mogħdija (Microsoft Form).
Ikklikkja hawn biex tara aktar riżorsi tal-letteratura marbuta mas-sillabu taċ-ĊES (2025)
Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda
Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda intenzjonat għall-istudenti tal-għaxar sena – Xogħol ta’ Kirsty Bartolo
Kwiżż li jinkludi erba’ taqsimiet grammatikali:
- Il-Verb,
- in-Nom u l-Pronom,
- l-Aġġettiv u l-Partiċipju u
- Kelmet il-Għadd
L-għalliema jistgħu jikkupjaw il-Kwiżż u jemendawh skont il-ħtieġa tal-istudenti tagħhom permezz ta’ din il-ħolqa: Il-Grammatika fil-kanzunetta Ħamiema Bajda
Min irid jaħdem dan il-Kwiżż jista’ jikklikkja hawn: Aħdem il-Kwiżż Grammatikali fuq il-kanzunetta Ħamiema Bajda.
Ikklikkja fuq l-istampa biex iżżur il-paġna tal-Grammatika tal-Għaxar Sena.
Riżorsi tal-Qari għall-Ħames Sena tal-Primarja
Sett ta’ riżorsi tal-qari li jolqtu ġeneri differenti ta’ qari b’rabta mal-kisbiet K1, K2, K10. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Riżorsi tas-Smigħ għall-Ħames Sena tal-Primarja – Ir-Reklam
Riżorsi tas-smigħ ġodda għall-Ħames Sena tal-Primarja li jolqtu l-kisba K8 tas-sillabu l-ġdid. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħolqot dawn ir-riżorsi.




