Author Archives: Paul Gatt
L-Aċċent Grafiku – Riżorsi għall-Ħames Sena tal-Primarja
Riżorsi li jinkludu preżentazzjoni informattiva kif ukoll taħriġ dwar l-Aċċent Grafiku. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Taħriġ Online fuq il-Partiċipju Attiv għall-Istudenti tad-9 Sena Sekondarja
Kwiżż Virtwali (Online) – Agħżel l-Għerq t-tajjeb u nissel il-Partiċipju fil-forma t-tajba. (Jake Debattista)
Deskrizzjoni tal-Attività: L-għalliem jaqsam il-klassi fi 3 gruppi. Kull grupp ikollu 6 mistoqsijiet differenti x’jirrispondi. Għall kull sentenza kull grupp irid jagħżel l-għerq it-tajjeb mil-lista li għandu u wara jrid inissel il-forma t-tajba tal-partiċipju attiv verbali. Għal kull risposta tajba l-ġrupp jiggwadanja ammont ta’ marki li jingħaddu biex fl-aħħar jiddeterminaw min ġab l-aktar punti.
Ara t-tweġibiet għal dan it-taħriġ.
Riżorsi tal-Kitba għall-Malti għall-Barranin għall-Ħames Sena tal-Primarja
Preżentazzjoni Informattiva u Taħriġ dwar kif tiddeskrivi persuna fiżikament u bħala karattru skont kif mitlub fis-sillabu l-ġdid tal-Malti għall-Barranin (K3). Tinkludi karti tat-taħriġ għall-kitba. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet din ir-riżorsa.
Taħriġ fuq Il-Ħarsa ta’ Rużann għall-istudenti tar-4 Sena (Skola Sekondarja).
Il-Bidu – Taħdita u Taħriġ dwar l-ewwel kapitlu tar-Rumanzett – Il-Ħarsa ta’ Rużann ta’ Francis Ebejer (Michelle Attard)
Isma’ t-taħdita dwar il-Bidu tar-rumanzett.

Imla l-vojt – Karta tat-Taħriġ fuq il-Bidu tar-rumanzett.





