Preżentazzjoni u taħriġ dwar kif jinkitbu l-ittri stampati u l-ittri elettroniċi kif mitlub fil-ħila tal-kitba tas-sitt sena tal-primarja (K10). Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Author Archives: Paul Gatt
Riżorsi għat-Tagħlim tal-Metalingwa għall-Malti bħala Lingwa Barranija (Induction) – Kliem li jgħinni nistaqsi
Preżentazzjoni u eżerċizzji interattivi li jintroduċu lill-istudenti barranin għal kliem li jintuża biex isiru l-mistoqsijiet fil-lingwa Maltija. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Taħriġ tal-Malti għall-Barranin fuq it-tema tal-Ilbies
Taħriġ interattiv tal-Qari għall-istudenti li qed jitgħallmu l-Malti bħala lingwa barranija mħejji mis-Sa Sylvana Farrugia.
Taħriġ fis-Smigħ għall-Istudenti tal-Malti bħala Lingwa Barranija
Taħriġ interattiv fuq Avviż (permezz tal-Microsoft Forms) fil-ħila tas-Smigħ imħejji mis-Sa Amanda Lupi Spencer .
Edukaturi li jixtiequ jemendaw dan it-taħriġ jistgħu jikklikkjaw hawn.
Riżorsi ta’ Taħriġ tal-Malti għall-Barranin fil-Livell tal-Induction (Primarja)
Dawn ir-riżorsi ta’ taħriġ inħolqu biex jinħadmu mal-pakkett ta’ riżorsi – Nisma’ u Nitgħallem. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi (Immarka l-kliem li tisma’ u Isma’ u qabbel) l-istudenti se jkunu jistgħu jitħarrġu biex isaħħu l-vokabularju tagħhom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.




