Minn Olvin Vella
Il-plural ta’ <xogħol> għaliex mhux <xogħolijiet>?
Il-plurali jaħdmu bil-forom.
Ngħidu aħna:
12ie3: klieb, sriep, qliel
12ū3a: ħbula, qmura, bgħula
1v23ijiet: laħmijiet, xaħmijiet, xogħlijiet
12ū3: ċfuf, qlub, ħbub
12ie3v4: dniefel, skieken, qliezet
1v2v3: gafef, lanez, ċelel
In-numri bl-aħdar juru jekk hemmx għerq trilitteru (1-2-3) jew kwadrilitteru (1-2-3-4).