Riżorsi tal-Grammatika għall-5 Sena tal-Primarja skont is-Sillabu l-Ġdid

L-Assimilazzjoni fil-Bidu u n-Nofs tal-Kelma

Preżentazzjoni u taħriġ dwar l-assimilazzjoni fil-bidu u n-nofs tal-kelma tan-nomi u l-verbi għall-Ħames Sena tal-Primarja.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

Il-Prepożizzjonijiet 

Riżorsi tal-Grammatika għall-Ħames Sena tal-Primarja.  Dawn jinkludu preżentazzjoni dwar il-prepożizzjonijiet quddiem il-konsonanti xemxin, preżentazzjoni dwar meta għandna niktbu prepożizzjoni bl-artiklu jew mingħajru u taħriġ.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

 

Il-Konġunzjonijiet

Riżorsi tal-Grammatika għall-5 Sena tal-Primarja li jinkludu preżentazzjoni, taħriġ u logħob dwar il-konġunzjonijiet.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

 

Riżorsa fuq il-Grad Pożittiv u Komparattiv tal-Aġġettiv

Taħriġ għall-Bord Interattiv: (StarBoard) Poġġi l-kliem fil-post it-tajjeb. (Maria Victoria Bonanno) u Karta tat-Taħriġ li taqbel ma’ din ir-riżorsa.

Għan tar-Riżorsa: L-istudenti jirrevedu d-differenza li hemm bejn il-pożittiv u l-komparattiv. 

Deskrizzjoni tal-Attività: L-istudenti jridu jċaqalqu r-risposti li jinsabu fuq il-lemin tal-paġna lejn is-sentenza li taqbel magħha. 

Applikazzjonijiet Interattivi tal-Qari bil-Malti

Riżorsi Interattivi għat-Tablets u l-Mowbajls.

Pollina Tingħaqad mal-Annimali minn eLearning Malta

‘Pollina Tingħaqad mal-Annimali’ hija storja diġitali dwar id-diversità. Pollina l-pantera ma tkunx aċċettata mill-annimali l-oħra tal-ġungla għax ma kinux imdorrijin jaraw bħalha. L-annimali kollha kienu jwarrbuha u jħarsulha bl-ikrah. Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tas-Sitt Sena tal-Primarja u tinkludi magħha sitt attivitajiet.

Pinu Jżomm Ruħu Nadif minn eLearning Malta

‘Pinu jżomm ruħu nadif’ hija storja elettronika fuq xadin li ma kienx iħobb jinħasel. Bis-saħħa ta’ Żaqqinu s-serp, Pinu jinbidel u jsir nadif u f’saħħtu. L-istorja hija maħsuba għat-tfal tas-Snin Bikrin u tinkludi magħha eżerċizzju u logħba.

Mill-Ħajja ta’ Ċiko minn eLearning Center Malta

‘Mill-Ħajja ta’ Ċiko’ huwa ktieb diġitali maqsum f’erba’ stejjer. Ċiko, kelb ċkejken ta’ lewn kannella, dejjem jagħmel xi waħda tinkiteb! L-istejjer huma maħsuba għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludu magħhom ħames attivitajiet u għodda li biha l-istudenti jistgħu jirrekordjaw leħinhom biex wara jużawh fir-rakkont.

Nenu n-Nemlu minn eLearning Center Malta.

‘Nenu n-nemlu’ ta’ Doreen Scerri hija storja diġitali dwar l-importanza li wieħed jikkuntenta b’dak li jkollu. Nenu n-nemlu kien jgħix ma’ ommu u ħutu f’toqba fil-ħajt, maġenb il-kċina ta’ Bertu. Hu kien jgħaddi ġranet sħaħ jitgħażżen u dejjem jilmenta li ma riedx jaħdem aktar. Ommu ta’ spiss kienet twissih li min jorqod ma jaqbadx ħut! Imma Nenu baqa’ jwebbes rasu u darba ħajtu kienet se tinbidel minn lejl għal nhar.  Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludi miegħu sitt attivitajiet.

Malti – Stejjer  (Android) minn DavDav Games Studio  

Din l-Applikazzjoni tikkonsisti minn 6 stejjer b’40 paġna l-waħda u studji oħra bil-Malti (L-artiklu eċċ). Applikazzjoni edukattiva, interattiva u ta’ gost għat-tfal bi premjijiet għal kull storja li jaqraw!

Dawra mar-Razzett minn DavDav Games Studio

Dawra mar-Razzett – Ħarsa ħafifa lejn l-annimali tar-razzett, il-ħsejjes li jagħmlu u xi ftit eżerċizzji bil-Malti.

Ħaġa Moħġaġa minn DavDav Games Studio

‘Il fuq minn 700+ ħwejjeġ moħġaġa kemm antiki kif ukoll moderni għalikom biex taqtgħu x’inhuma!

Nitgħallem Nikteb minn DavDav Games Studio

App għat-tfal biex jitgħallmu jiktbu l-ittri bil-Malti u n-numri minn fuq it-tablets!

Iċ-Ċavetta minn Maltaserv.com

Għodda biex titgħallem tikteb bil-Malti. Rebbieħa tal-Aqwa App fil-MCA eBusiness Awards 2017

Erba’ riżorsi ġodda tal-Malti bħala Lingwa Barranija

 

1. Riżorsa Interattiva (ActivInspire) għat-tagħlim ta’ vokabularju bażiku u frażijiet sempliċi għat-3 Sena tal-Primarja (Louise Grech Abela).

2. Taħriġ interattiv (StarBoard) għat-tagħlim tal-ħin għar-4 Sena tal-Primarja (Joanne Vella Falzon).

 

3. Riżorsa Interattiva (StarBoard) għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mal-iskola għas-7 Sena (Maureen Zammit). 

 

4. Riżorsa Interattiva (StarBoard) għat-tagħlim ta’ vokabolarju marbut mad-dar għat-8 Sena (Stephanie Sciberras).