Noti u Taħriġ fuq is-Suffissi ma’ kliem ta’ nisel Rumanz u Ingliż imħejjija mis-Sur G. Curmi.
Category Archives: Avviżi
Grazzi Prof. Friggieri (27/3/1947 – 21/11/2020)
Illum Malta tilfet wieħed mill-ġganti tal-lingwa Maltija. Nittamaw li ż-żerriegħa li żera’ f’ħafna Maltin, speċjalment f’dawk li kienu studenti tiegħu, tibqa’ tħalli l-frott.
Strieħ fis-sliem għażiż Prof. Friggieri – Inwegħduk li dak li għallimtna int se nibqgħu ngħożżuh u nżommuh ħaj biex hekk inżommu ħajja u għażiża t-tifkira tiegħek.

Il-Professur Oliver Friggieri mat-Taqsima tal-Malti fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni. Din is-sessjoni qanqlet fina nostalġija għall-jiem meta Friggieri kien il-lettur tagħna. Minbarra li għallimna dwar il-Malti, tana tagħlim siewi dwar il-ħajja. Minn taħt idejh ma ħriġniex biss għalliema tal-Malti tajbin, imma ħriġna bnedmin aħjar.
Riżorsa tal-Kitba għall-Istudenti tal-10 Sena
Preżentazzjoni dwar kif tikteb Regolamenti/Pariri għall-istudenti tal-10 Sena imħejjija mis-Sa Stefania Scicluna (Kap tad-Dipartiment)
Riżorsi tal-Grammatika għall-istudenti tas-Seba’ Sena (Kompetenzi Ewlenin)
Preżentazzjoni u Karti tat-Taħriġ bl-għan li l-istudenti jirrevedu l-funzjoni tal-verb waqt li jipprattikaw it-tempijiet sempliċi (Imperfett u Perfett) tal-verb imħejjija minn Stephanie Apap (Kap tad-Dipartiment tal-Malti)
![]() |
![]() |
Riżorsi fuq il-Prefissi ta’ kliem mir-Rumanz mill-Ingliż
Preżentazzjoni u karti tat-Taħriġ fua il-Prefissi ma’ kliem ta’ nisel Rumanz u Ingliż imħejjija mis-Sur Gareth Curmi.
![]() |
![]() |





