Dawn ir-riżorsi jkopru l-kisbiet tas-smigħ K10, 11 u tat-taħdit K8, 9. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi l-istudenti se jisimgħu u jagħrfu eżempji ta’ alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f’testi mismugħa filwaqt li jisimgħu u jsegwu poeżiji u waħedhom jisiltu s-suġġett u jqabbluh mal-esperjenzi tagħhom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Author Archives: Paul Gatt
Preżentazzjoni Interattiv għall-Istudenti tal-Malti bħala Lingwa Barranija
-
Amy tagħlaq 12-il Sena
Nifhem stejjer qosra bi plot sempliċi u bi ftit karattri u poeżiji qosra fuq temi li tgħallimt jew qed nitgħallem dwarhom kif ukoll dwar temi fantastiċi li jistgħu jkunu megħjuna minn stampi.
Preżentazzjoni interattiva b’taħriġ tal-Fehim mill-Qari mħejjija minn Romario Sciberras.
Taħriġ Interattiv kif nagħti informazzjoni dwari nnifsi – Riżorsa tal-Malti bħala Lingwa Barranija
Nagħti informazzjoni dwari nnifsi
Naqra u nifhem testi mibnija minn sentenzi qosra u sempliċi marbuta mat-temi li tgħallimt jew qed nitgħallem dwarhom megħjuna minn simboli u stampi.
Preżentazzjoni interattiva dwar kif wieħed jagħti informazzjoni dwaru nnifsu. (Raisa Abela)
Preżentazzjoni bit-Taħriġ Interattiv fuq il-Karozzin għall-Istudenti tal-Malti bħala Lingwa Barranija
Il-Karozzin – Preżentazzjoni b’Taħriġ interattiv għall-Fehim mis-Smigħ / Qari mħejjija mis-Sa Antonia Ciantar
Is-silta dwar il-Karozzin użata fil-preżentazzjoni PDF / DOCX




