Il-Figuri tad-Diskors – Riżorsi għall-Ħames Sena tal-Primarja

Dawn ir-riżorsi jkopru l-kisbiet tas-smigħ K10, 11 u tat-taħdit K8, 9. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi l-istudenti se jisimgħu u jagħrfu eżempji ta’ alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f’testi mismugħa filwaqt li jisimgħu u jsegwu poeżiji u waħedhom jisiltu s-suġġett u jqabbluh mal-esperjenzi tagħhom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.