Werrej tal-Paġna
- Ittri kkuluriti 2
- Mill-ħajja ta’ Ċiko
- Nenu n-Nemlu
- Pollina tingħaqad mal-annimali
- Żaqqinu jagħżel x’jiekol
- Pinu jżomm ruħu nadif
- Ċetta tagħmel ġodda
- Koċċ Kliem – Fonetika
- Koċċ Kliem – Sillabi
- Mill-A saz-Z
- Ninqeda bil-Malti
- Sitt Stejjer
Ittri Kkuluriti 2 (.apk)
‘Ittri kkuluriti’ hija applikazzjoni maħsuba għal tfal li jixtiequ jitgħallmu kliem bażiku marbut mal-ewwel ħames ittri tal-alfabett. Din l-applikazzjoni tinkludi fiha 11-il attività differenti bi struzzjonijiet li qed jingħataw b’żewġ lingwi. Għal kull min jixtieq jitgħallem il-lingwa Maltija, din l-applikazzjoni toffri opportunità li jisma’ l-ewwel ħsejjes u jaqra kliem ħafif bil-Malti.
Mill-ħajja ta’ Ċiko (.apk)
‘Mill-Ħajja ta’ Ċiko’ huwa ktieb diġitali maqsum f’erba’ stejjer. Ċiko, kelb ċkejken ta’ lewn kannella, dejjem jagħmel xi waħda tinkiteb! L-istejjer huma maħsuba għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludu magħhom ħames attivitajiet u għodda li biha l-istudenti jistgħu jirrekordjaw leħinhom biex wara jużawh fir-rakkont.
Nenu n-nemlu (.apk)
‘Nenu n-nemlu’ ta’ Doreen Scerri hija storja diġitali dwar l-importanza li wieħed jikkuntenta b’dak li jkollu. Nenu n-nemlu kien jgħix ma’ ommu u ħutu f’toqba fil-ħajt, maġenb il-kċina ta’ Bertu. Hu kien jgħaddi ġranet sħaħ jitgħażżen u dejjem jilmenta li ma riedx jaħdem aktar. Ommu ta’ spiss kienet twissih li min jorqod ma jaqbadx ħut! Imma Nenu baqa’ jwebbes rasu u darba ħajtu kienet se tinbidel minn lejl għal nhar. Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u jinkludi miegħu sitt attivitajiet.
Pollina tingħaqad mal-annimali (.apk)
‘Pollina Tingħaqad mal-Annimali’ hija storja diġitali dwar id-diversità. Pollina l-pantera ma tkunx aċċettata mill-annimali l-oħra tal-ġungla għax ma kinux imdorrijin jaraw bħalha. L-annimali kollha kienu jwarrbuha u jħarsulha bl-ikrah. Dan il-ktieb huwa maħsub għat-tfal tas-Sitt Sena tal-Primarja u tinkludi magħha sitt attivitajiet.
Żaqqinu jagħżel x’jiekol (.apk)
‘Żaqqinu jagħżel x’jiekol’ hija storja ħelwa elettronika fuq serp li kien jeħtieġ l-għajnuna ta’ sħabu biex jitgħallem jiekol ikel bnin u tajjeb għal saħħtu. L-istorja hija maħsuba għat-tfal tas-Snin Bikrin u tinkludi magħha logħob u eżerċizzji edukattivi.
Pinu jżomm ruħu nadif (.apk)
‘Pinu jżomm ruħu nadif’ hija storja elettronika fuq xadin li ma kienx iħobb jinħasel. Bis-saħħa ta’ Żaqqinu s-serp, Pinu jinbidel u jsir nadif u f’saħħtu. L-istorja hija maħsuba għat-tfal tas-Snin Bikrin u tinkludi magħha eżerċizzju u logħba.
Ċetta tagħmel ħbieb ġodda (.apk)
‘Ċetta ċ-Ċerva Tagħmel Ħbieb Ġodda’ huwa ktieb diġitali dwar ċerva li spiċċat waħedha, imwarrba minn kulħadd. Is-saħħara Belinda flimkien mal-annimali l-oħra tal-ġungla għenu lil Ċetta tingħaqad lura mal-qraba tagħha u tgħix ħajja aktar indipendenti. L-istorja hija maħsuba għat-tfal tar-Raba’ Sena tal-Primarja u tinkludi magħha tliet attivitajiet.
Koċċ Kliem – Fonetika
Settijiet ta’ kliem skont sekwenza ta’ konsonanti u vokali.
Koċċ Kliem – Sillabi
Settijiet ta’ kliem skont sekwenza ta’ konsonanti u vokali.
Mill-A saz-Z
Ġabra ta’ kliem bl-istampi għal tfal li jixtiequ jitgħallmu kliem bażiku.
Ninqeda bil-Malti
Sett ta’ kliem u frażijiet li għandhom ikunu jafu studenti barranin li jkunu qegħdin jitgħallmu l-Malti.
Sitt Stejjer
Sitt stejjer diġitali li jinżlulek għasel u jgħinuk titgħallem taqra pass pass.