Manwali Pedagoġiċi tal-Malti

wieħed isib manwali pedagoġiċi tal-Malti u riżorsi fuq diversi aspetti kemm għat-tagħlim tal-Malti nattiv kif ukoll għalt-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija. Għat-Tagħlim tal-Malti wieħed isib Manwal għat-tfal fil-Kindergartens, Manwal għat-tagħlim tal-Forom tal-Verb Semitiku b’rabta mal-ġeneri tal-kitba, u Manwal għat-tagħlim tal-Istorja tal-Malti b’rabta ma’ aspetti bħalma hi l-grammatika u l-ortografija. Għall-MLB hemm il-Manwal għat-tagħlim permezz tal-Pajsaġġ Lingwistiku. Hemm ukoll il-Manwal li jista’ jintuża minn kull għalliem dwar it-Teknoloġija bħala għodda fit-tagħlim.
Dawn il-manwali huma bbażati fuq ir-riċerka, fejn tiġi spjegata l-metodoloġija u jingħataw ħafna eżempji ta’ taħriġ li jista’ jsir mal-istudenti waqt li joffru għajnuniet prattiċi għat-tagħlim tal-Malti nattiv kif ukoll tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
Dawn ir-riżorsi tħejjew taħt is-superviżjoni tal-Prof Antoinette Camilleri Grima mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta.