L-alfabett
Inħeġġukom taraw din il-preżentazzjoni qasira dwar l-alfabett Malti. Inħeġġukom ukoll tużaw is-sekwenza tal-alfabett li tidher fil-preżentazzjoni.
L-alfabett Malti: preżentazzjoni għall-għalliema
Hawn taħt issibu riżorsa biex tintuża fuq il-bord intelliġenti mat-tfal tas-snin bikrin.
L-alfabett Malti: preżentazzjoni biex tintuża mat-tfal
L-alfabett kantat
L-alfabett Malti kantat mill-kor ‘Ilħna Ferrieħa’ tal-Iskola Primarja San Franġisk ta’ Birkirkara.
L-idea oriġinali tal-Kap tal-Iskola Sr Giovannita Briffa. Il-kliem tal-kanzunetta huwa ta’ Pauline Spiteri u ta’ Sr Giovannita stess. Il-mużika kitbitha Pauline Spiteri. Il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn Andrew Zammit f’Tone Studios, Birkirkara.
Lista ta’ kliem f’ordni alfabetika

Lista ta’ kliem f’ordni alfabetika li tista’ tintuża mill-għalliema tas-snin bikrin waqt it-taħriġ li jagħmlu għall-għarfien tal-ewwel ittra fi kliem. Kull kelma fiha l-istampa marbuta magħha. Din ir-riżorsa tista’ tintuża wkoll mal-istudenti li għadhom qed jitgħallmu l-Malti biex iwessgħu l-vokabularju tagħhom. Din ir-riżorsa tħejjiet minn Josette Baldacchino.
Ikklikkja fuq l-ittri biex tniżżel il-preżentazzjoni rispettiva.
| a | b | ċ | d | e |
| f | ġ | g | għ | h |
| ħ | i | ie | j | k |
| l | m | n | o | p |
| q | r | s | t | u |
| v | w | x | ż | z |
Kanzunetta għal kull ittra tal-alfabett (Ikklikkja biex tisma’ l-kanzunetta)
Kanzunetti miktuba u kantati minn Leontine Spiteri u kompożizzjoni ta’ Augusto Cardinali.
Kull taqbila hija abbinata ma’ ittra tal-alfabett. L-istess ħoss tal-ittra hu rrepetut diversi drabi fi kliem differenti matul it-taqbila biex b’hekk it-tfal jisimgħu u jibdew jagħrfu l-ħoss tal-ittra partikolari u jidentifikaw kliem li jibda u/jew ikun fih l-istess ħoss tal-ittra tal-alfabett.
| Spjega | Il-lirika | a | b |
| ċ | d | e | f |
| ġ | g | għ | h |
| ħ | i | ie | j |
| k | l | m | n |
| o | p | q | r |
| s | t | u | v |
| w | x | ż | z |
L-alfabett ittra ittra bil-kant u bl-istejjer
L-alfabett Malti kantat mit-tfal tal-Ewwel Sena tal-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, fil-Kulleġġ Santa Tereża.
L-idea ta’ dan il-proġett hija tal-għalliema tal-Ewwel Sena, is-Sa Graziella Micallef. Hija għamlet strofa għal kull ittra tal-alfabett biex it-tfal ikantawhom u b’hekk jitgħallmu l-ittri kollha b’mod divertenti. Barra l-mużika kitbet ukoll storja qasira u ħelwa fuq kull ittra. L-għalliema jistgħu jużaw dawn l-għanjiet u l-istejjer waqt it-tagħlim tagħhom. Il-produzzjoni viżiva ħa ħsiebha s-Sur Mario Demanuele.
| Kantata | Moqrija |
| a | a |
| b | b |
| ċ | ċ |
| d | d |
| e | e |
| f | f |
| ġ | ġ |
| g | g |
| għ | għ |
| h | h |
| ħ | ħ |
| i | i |
| ie | ie |
| j | j |
| k | k |
| l | l |
| m | m |
| n | n |
| o | o |
| p | p |
| q | q |
| r | r |
| s | s |
| t | t |
| u | u |
| v | v |
| w | w |
| x | x |
| ż | ż |
| z | z |
Taħriġ fuq l-ewwel ittra tal-kelma. (Josette Baldacchino)
