Preżentazzjoni mnebbħa mill-ħrafa Iż-Żrinġijiet xtaqu re għall-istudenti tat-3 sena tal-Primarja mħejjija minn Katya Falzon.
Naf nikteb l-aġġettivi pożittivi (sempliċi) fil-maskil u l-femminil bħal dar kbira, bieb kbir.
Preżentazzjoni mnebbħa mill-ħrafa Iż-Żrinġijiet xtaqu re għall-istudenti tat-3 sena tal-Primarja mħejjija minn Katya Falzon.
Naf nikteb l-aġġettivi pożittivi (sempliċi) fil-maskil u l-femminil bħal dar kbira, bieb kbir.
L-ewwel edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Malti organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Malti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Għaqda tal-Malti – Università.
F’din il-Kompetizzjoni pparteċipaw l-iskejjel primarji tal-Kulleġġ San Benedittu u San Nikola. Il-finali ttella’ fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, il-Ġimgħa, 27 ta’ Mejju 2022.
Ir-rebbieħa kienu:
Kategorija A: Skola Primarja ta’ Ħal Għaxaq
Kategorija B: Skola Primarja tal-Imġarr
Kategorija Ċ: Skola Primarja ta’ Ħal Għaxaq
Prosit lill-parteċipanti kollha.
Dawn ir-riżorsi jkopru l-kisbiet tas-smigħ K10, 11 u tat-taħdit K8, 9. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi l-istudenti se jisimgħu u jagħrfu eżempji ta’ alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f’testi mismugħa filwaqt li jisimgħu u jsegwu poeżiji u waħedhom jisiltu s-suġġett u jqabbluh mal-esperjenzi tagħhom. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.
Nifhem stejjer qosra bi plot sempliċi u bi ftit karattri u poeżiji qosra fuq temi li tgħallimt jew qed nitgħallem dwarhom kif ukoll dwar temi fantastiċi li jistgħu jkunu megħjuna minn stampi.
Preżentazzjoni interattiva b’taħriġ tal-Fehim mill-Qari mħejjija minn Romario Sciberras.