CoPE 2025

Reġistrazzjoni għall-Kors ta’ Aġġornament għall-Għalliema tar-Raba’ Sena tal-Primarja għas-Sena Skolastika 2024 – 2025.

L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-3 ta’ Marzu 2025. II-postijiet huma limitati għall-ewwel 45 ruħ kull sessjoni. Il-ħin tal-korsijiet huwa mit-8.30am sas-2.30pm.

Ikklikkja fuq WAĦDA minn dawn il-formoli biex tirreġistra. 

Id-Dati u l-Postijiet.

12 ta’ Marzu 2025 – mit-8:30 sas-14:30 – Istitut għall-Edukazzjoni, Triq Martin Luther King, Pembroke.

13 ta’ Marzu 2025 – mid-8:45 sat-14:45 – Skola Sekondarja Lily of the Valley, Mosta, Kulleġġ Marija Reġina.

14 ta’ Marzu 2025 – mis-8:30 sas-14:30 – Skola Sekondarja Karwija, Ħal Kirkop, Kulleġġ San Benedittu.

Għall-għalliema Għawdxin li jgħallmu fil-Kulleġġ ta’ Għawdex ser ikun hemm sessjoni apposta għalihom f’Għawdex fl-10 ta’ Marzu 2025. Dettalji dwar ir-reġistrazzjoni għal din is-sessjoni jingħataw mill-Uffiċċju tal-Prinċipal t’Għawdex. Jekk hemm xi għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta u jixtiequ jattendu t-taħriġ f’Għawdex, huma mitluba jiktbu lis-Sa Doreen Coleiro fuq Doreen Coleiro

Għal aktar dettalji ara ċ-ċìrkulari DELH 012/2025: Korsijiet ta’ Aġġornament COPE għall-Għalliema tar-Raba’ Sena tal-Primarja