Nifirħu lill-għalliema tal-Malti tal-iskejjel sekondarji tal-bniet u s-subien, Tal-Ħandaq (mill-Kulleġġ San Injazju) għall-attività li organizzaw għall-istudenti tagħhom b’rabta mal-karattru Zito Zandarell li jaqraw ir-rumanz tiegħu fl-ewwel sena tas-sekondarja.
L-istudenti kellhom l-opportunità li jaqraw xi kitbiet minn tagħhom dwar il-karattri tar-rumanz u li jiltaqgħu mal-awtur innifsu. Ittellgħet ukoll reċta qasira miktuba mit-tfal stess u nqrat poeżija.
Fi tmiem l-attività nqasam kejk maħdum mill-istudenti stess għall-okkażjoni u l-awtur iffirma l-kotba tal-istudenti. L-istudenti offrew diversi proġetti u xogħlijiet li għamlu huma stess lill-awtur.
Tagħrif ieħor issibu mis-sit tal-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq. Ara l-attività ‘Ċelebrazzjoni Zito Zandarell‘ tad-19 ta’ April 2013 għar-ritratti u xi riżorsi.