Ta’ kull sena, fil-21 ta’ Frar, l-UNESCO tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna. It-tema ta’ din is-sena hija “Il-Lingwa Materna bħala l-Lingwa ta’ Struzzjoni u Inklużjoni fl-Edukazzjoni”.
B’dan il-Jum, l-UNESCO tagħmilna aktar konxji mill-importanza tal-użu tal-ilsien nattiv u, b’mod partikolari din is-sena, qed tisħaq fuq l-importanza ta’ lsienna bħala dritt fis-sistema edukattiva billi tħeġġeġ il-membri tagħha, inkluż Malta, biex jippromwovu l-ilsien nazzjonali bħala l-lingwa ta’ struzzjoni fis-sistema edukattiva tagħhom.
Il-messaġġ tal-Jum Internazzjonali 2012 issibu minn hawn.
Għal tagħrif ieħor dwar dan il-Jum tista’ tidħol f’dan is-sit tal-UNESCO.
Aqra aktar fuq il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti minn hawn.
Tista’ taqra wkoll dawn l-artikli:
> Li titkellem bil-lingwa nattiva tiegħek mhix ħaġa inferjuri
> Il-lingwa u d-dritt għall-edukazzjoni
> Il-bilingwiżmu fl-edukazzjoni ta’ Wales
> Il-multilingwiżmu fl-edukazzjoni
> Il-bilingwiżmu u l-iżvilupp tal-moħħ
> Pubblikazzjonijiet oħra tal-UNESCO
“Learning in a language they can understand is vital for children to enjoy their right to quality education. Mother Tongue and Multilingual Education are key to reducing discrimination, promoting inclusion and improving learning outcomes for all.”
UNESCO
“ […] ma jistax ikun hemm edukazzjoni vera b’lingwa barranija […]
il-lingwa tal-post biss tista’ tistimula l-oriġinalità fil-ħsieb, fil-biċċa l-kbira tan-nies.“
Mahatma Gandhi 1920, Young India 16/6
Tajjeb ngħidu li mhix biss in-Nazzjonijiet Uniti li tħaddan dan il-prinċipju. L-Unjoni Ewropea, li tagħha pajjiżna hu wkoll membru, qed tmexxi dejjem iżjed ‘il quddiem il-programm tal-multilingwiżmu tagħha tal-1 plus 2 languages. L-għan tiegħu hu li kull ċittadin Ewropew ikun kompetenti, qabelxejn, fil-lingwa nattiva tiegħu u f’żewġ ilsna barranin oħra magħha.
Għall-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, idħol hawn.
Jekk jinteressak dan is-suġġett, inħeġġuk tkompli taqra wkoll ir-riżorsi tat-taqsima “Il-Bilingwiżmu”, fuq ix-xellug tas-sit.