Waħda mill-miri ta’ tagħlim tal-lingwa Maltija hi, li l-istudenti jitgħallmu jesprimu ruħhom tajjeb. Għal dan il-għan hawnhekk se ssibu riżorsi tat-taħdit li jistgħu jintużaw fil-klassijiet tal-ewwel sentejn tal-primarja.
Kull taħriġ fih preżentazzjoni kif ukoll dokument li jgħin fit-tħaddim ta’ kull preżentazzjoni. Nirringrazzjaw lis-Sa Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.