Id-Dipartiment tal-Malti u l-Akkademja tal-Malti qed jorganizzaw taħdita għall-għalliema tal-primarja u tas-sekondarja fuq id-diffikultajiet li jista’ jkollhom fuq l-ortografija tal-Malti.
L-attività se jmexxiha Dr George Farrugia, lettur tal-Malti fl-Università ta’ Malta.
It-taħdita se ssir nhar it-2 ta’ Mejju 2014 mill-5.00 sas-6.30 ta’ filgħaxija, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu (National Curriculum Centre), il-Ħamrun.
Napprezzaw ħafna jekk id-diffikultajiet li għandkom fuq l-ortografija tibagħtuhom minn qabel lil Dr George Farrugia ħalli jkun jista’ jitkellem dwarhom dakinhar tat-taħdita. L-għalliema jistgħu jistaqsuh mistoqsijiet dak il-ħin ukoll.
Id-dħul huwa b’xejn.
Tagħrif ieħor issibuh f’din iċ-ċirkulari.