Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku qed jilqa’ sottomissjonijiet ta’ riżorsi supplimentari tal-qari bil-Malti mill-Ewwel sas-Sitt Sena tal-Primarja.
Inħeġġu lill-awturi, lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jibagħtu l-pubblikazzjonijiet tagħhom għall-evalwazzjoni tal-bord tal-għażla maħtur apposta. L-għażla ssir skont iċ-ċekkjatura tal-qari supplimentari.
Ir-riżorsi kollha għandhom jintbagħtu fl-indirizz ta’ hawn taħt:
Is-Sa Anna Frendo
Il-Bord tal-Għażla tal-Kotba tal-Malti
Ir-Riżorsi Supplimentari tal-Qari bil-Malti (Primarja)
Iċ-Ċentru tal-Kurrikulu
Triq Sarria
Il-Furjana FRN 1460
Min jixtieq tagħrif ieħor jista’ jirreferi għall-Gazzetta tal-Gvern tal-1 ta’ Frar 2013 (paġna 826).