Għadd ta’ riżorsi u attivitajiet interattivi dwar l-istorja tal-lingwa u l-influwenzi tal-ħakkiema fuq ilsienna, addattati għall-istudentit tat-tielet u r-raba’ sena tas-Sekondarja. Jistgħu jintużaw ukoll bħala reviżjoni mal-istudenti tal-ħames sena.
Dawn ir-riżorsi saru b’koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, id-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Iskola Medja tan-Naxxar tal-Kulleġġ Marija Reġina.