ATTIVITAJIET INTERATTIVI – Senduq Buffuri (Oranġjo)
Dawn l-attivitajiet huma marbutin mal-ktieb Senduq Buffuri (Oranġjo).
Biex tuża din ir-riżorsa:
- L-ewwel ħaġa trid tniżżel l-app bl-isem Aurasma. Tista’ tniżżilha bla ħlas għall-apparat li juża kemm sistema Android u kemm sistema iOS (iPhone jew iPad).
- Wara li tinstallaha, irreġistra. Agħżel “username” u “password” li tixtieq.
- Kif tkun lestejt il-proċess kollu tar-reġistrazzjoni, idħol fl-app u agħfas is-“Search” . Fittex Senduq.
- Meta l-app issiblek iċ-“Channel” bl-isem Senduq, agħfas fuqu u wara agħżel “Follow”.
- Minn issa ’l quddiem tista’ tibda tuża l-Aurasma mal-ktieb. L-istudenti jistgħu jużaw l-istess “username” u “password” tal-għalliem/a u b’hekk ma jkollhomx ħtieġa jagħmlu “Follow”.
- Dawn huma l-partijiet mill-ktieb lejn fejn trid timmira l-mowbajl jew it-“tablet”.
Parti mill-ktieb lejn fejn timmira | Deskrizzjoni |
Paġna 5 |
Tidher it-tifla tgħid il-kliem: “Uff! Illum ħaxix,”…“M’għandix aptit patata maxx lanqas!” |