Id‑Dipartiment tat-Tmexxija tal‑Kurrikulu u l‑Kunsill Nazzjonali tal‑Ilsien Malti jistiednu lill‑għalliema kollha li jgħallmu fl‑iskejjel primarji (tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti) għal kors ta’ aġġornament fuq bażi volontarja bl‑isem ‘L‑Ortografija tal‑Malti 1’. Dan il‑kors hu mmirat għall‑għalliema tal‑Primarja li jħossu l‑ħtieġa li jsaħħu l‑għarfien tagħhom fl‑ortografija u se jsir mit‑3:30pm sal‑5:30pm fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq (Ħal Qormi), f’dawn il‑jiem:
20 ta’ Ottubru, 27 ta’ Ottubru,
10 ta’ Novembru, 17 ta’ Novembru, 24 ta’ Novembru,
1 ta’ Diċembru
Inħeġġu lill‑għalliema li jattendu l‑kors biex iressqu d‑diffikultajiet ortografiċi li jiltaqgħu magħhom huma u l‑istudenti tagħhom u jistaqsu l‑mistoqsijiet li jkollhom.
L‑għalliema li jixtiequ jattendu dan il‑kors għandhom jibagħtu ittra elettronika b’isimhom u kunjomhom, in‑numru tal‑identità, l‑indirizz postali u elettroniku, in-numru tat-telefown u l-iskola fejn jgħallmu lill‑Uffiċjal Edukattiv tal‑Malti, is‑Sur David Agius-Muscat sa nhar l‑Erbgħa, 15 ta’ Ottubru 2014.
Il‑kors huwa bla ħlas u se jingħażlu l‑ewwel tletin għalliem li japplikaw.
Min jattendi l‑laqgħat kollha jingħata ċ‑ċertifikat uffiċjali mid‑Direttorat tal‑Kwalità u Standards fl‑Edukazzjoni u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
Tista’ taqra wkoll din iċ-ċirkulari.