Filmati – Natura Maltija

Natura Maltija hija għodda edukattiva fejn permezz ta’ 40 filmat qasir, it-tfal jitgħallmu dwar in-natura tal-gżejjer Maltin. Nosservaw l-aġir tal-ħlejjaq li jeżistu madwarna minn annimali, siġar u pjanti. L-għalliema jistgħu jagħmlu użu minnha faċilment biex jiżdied l-għarfien mat-tfal dwar il-ħolqien kollu li mdawrin bih.

Matul din is-sena qiegħed jittella’ filmat kull ġimgħa fuq Youtube u Facebook u ser jibqgħu disponibbli għall-publiku.

Il-produzzjoni Natura Maltija hi riżultat ta’ 6 snin ta’ ħidma mis-Sur Saviour Bonnici, għalliem li għandu għal qalbu ħafna n-natura ta’ Malta, bil-għan li l-poplu Malti jkollu aċċess viżiv tas-sbuħija li hu mdawwar biha pajjiżna.
Is-Sur Bonnici jista’ jkun ikkuntatjat fuq saviourbon@gmail.com.

Ara ċ-ċirkulari DLAP 018 – Natura Maltija – Filmati Edukattivi dwar in-Natura Maltija

Il-Gżejjer Maltin

Is-Siġra taż-Żnuber

Iċ-Ċikonja Bajda

Fjurdulis

Is-Siġra tal-Ballut

Il-Ġurat tar-Raba’

Xaħmet l-Art

Il-Farfett tal-Ġarġir

Kurundella u Ċervjol

Il-Ħanfusa tad-Demel

In-Narċiż

Il-Farfett Kannella tax-Xemx

Il-Fidloqqom

Il-Lellux u l-Brimba tal-Fjura Mħattba

Bufula Sewda

Pjanti Indiġeni

Fras Servjent

Kudirross Iswed u Pitirross

Ġurati Indiġeni

Is-Siġra tal-Ħarir

Il-Brimba Żigjella tal-Fidda

L-Għansar

Kromb il-Baħar Isfar

Iċ-Ċinju

In-Nannakola tas-Seba’ Tikek