Din l-attività hija intenzjonata għall-istudenti tal-għaxar sena u toffri lill-istudenti l-opportunità li jżuru l-Bibljoteka Nazzjonali u japprezzaw it-teżori stampati li hemm merfugħa filwaqt li tħejjihom għall-eżami tat-taħdit taċ-ĊES 2019.
Din l-attività tikkonsisti f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti jintwera filmat dwar l-istorja tal-bini tal-Bibljoteka, is-sehem ta’ Agius de Soldanis, il-katalogar tal-kotba jew dokumenti, il-kotba b’legatura personalizzata, l-album tal-akwarelli, u mappa antika tal-Mediterran (jiġifieri dik tal-1490) fost l-oħrajn. Uħud minn dawn il-kotba antiki u imprezzabbli ser jintwerew lill-istudenti biex filwaqt li jagħrfu t-teżori stampati li għandna, japprezzaw ukoll il-ħidma kbira li ssir fil-Bibljoteka biex dawn jitħarsu. Wara l-filmat, l-istudenti se jkollhom l-opportunità jżuru t-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni fejn ikunu jistgħu jaraw kif tittieħed kopja diġitali ta’ dokumenti ta’ valur fil-Bibljoteka u wara tittella’ online ħalli tkun aċċessibbli għal riċerkaturi mid-dinja kollha. L-istudenti jista’ jkollhom l-oppotunità li jieħdu huma stess ir-ritratt tad-dokument u jeditjawh.
Fit-tieni parti tal-attività, l-istudenti jitilgħu fis-sala ewlenija fejn ikunu jistgħu jaraw għadd ta’ manuskritti u kotba marbutin mal-istorja tal-lingwa u l-letteratura Maltija, u jaħdmu t-taħriġ li għandhom fi ktejjeb imħejji apposta għal din l-attività.
Din l-attività hija miftuħa għall-iskejjel sekondarji kollha Maltin u Għawdxin u tinfirex fuq ħamest
ijiem mit-23 sas-27 ta’April 2018. Għal aħtar informazzjoni ara ċ-ċirkulari dwar din l-attività.
Ikklikkja hawn biex tara/tniżżel Il-Ktejjeb ta’ Tagħrif u l-Ktejjeb ta’ Taħriġ marbuta ma’ din l-attività.