Minn Olvin Vella
Jeżistu <mall-> u <bill->?
Ma nistgħux niktbuhom hekk. It-tajbin huma mal- u bil- biss.
Il-prepożizzjonijiet huma ma’ u bi.
Meta magħhom inżidu l-artiklu l-, isiru mal- u bil-. Bħalhom niktbu tal-, sal-
Min jiżbalja dawn it-tnejn aktarx jitfixkilhom mal-kitba għall- u bħall- .
Ninnutaw li niktbu mill- għax wara li ngħaqqdu minn u l- isseħħ assimilazzjoni u minflok minl- ngħidu (u niktbu) mill-.
Għalhekk, niktbu mill-ewwel imma mal-ewwel.